Previous slide
Next slide
L-oriġini tal-parroċċa tal-Gudja tmur lura għall-1436 meta l-isqof Senatore de Mello ddikjara Bir Miftuħ knisja parrokkjali. Il-kappella ta’ Bir Miftuħ (litteralment tradotta kienet toħroġ bir miftuħ), fil-periferija tal-Gudja, għadha tagħti xhieda tat-twelid ta’ dan ir-raħal sabiħ tan-Nofsinhar f’Malta. Matul iż-żminijiet, mill-Gudja kibru mill-inqas seba’ rħula oħra li qalgħu lir-raħal it-titlu Latin ta’ ‘Pluribus Parens’ li jfisser omm ta’ ħafna Tfal.

Il-knisja parrokkjali tiddomina r-raħal tal-Gudja. Lesta fl-1666, il-knisja nbniet fuq pjanta mfassla mill-Perit Thomas Dingli. Aktar tard, fl-1858 żdied kampnar mad-disinn tiegħu minn William Baker. Fil-bidu ta’ dan is-seklu nbniet faċċata ġdida b’żewġ kampnari Barokkijiet oħra biex b’hekk il-knisja tal-Gudja saret ġawhra unika fl-arkitettura Maltija.
Miexi madwar il-Gudja wieħed jintlaqat mid-diversi postijiet familjari li juru l-istorja ta’ dan ir-raħal. It-torri ta’ Tax-Xlejli mibni fi żmien l-ordni ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm f’nofs palazz magħruf bħala Palazzo d’Aurel; ġnien sabiħ mibni taħt ir-ruel Ingliż issa propjetà privata; skrizzjoni antika fuq il-faċċata ta’ dar li tmur lura għall-1533; numru ta’ gallariji minquxin fil-franka li jħarsu lejn it-toroq sfumati tar-raħal; statwi minquxin fil-pjazza ewlenija li juru San Ġużepp u l-Assunta; kappelli bi mżejna b’oġġetti antiki u moderni ta’ oġġetti tal-fidda u tad-deheb.

Fil-jum tal-‘Festa’ annwali, li jaħbat fil-15 ta’ Awwissu, il-knisja u r-raħal huma mżejna b’mod meraviljuż li joffru lir-raħħala u lill-ħafna viżitaturi u turisti bl-istess mod togħma ta’ folklor reliġjuż mingħajr paragun f’ħafna modi.